Hija r-responsabbiltà tal-applikanti, fil-pussess ta’ kwalifiki mogħtija minn Universitajiet / istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni terzjarja Maltin jew barranin (esklużi kwalifiki mogħtija mill-Università ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-Istitut tal-Istudji Turistiċi u l-Istitut għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Wirt Kulturali), li jipproduċi dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar il-komparabbiltà tal-kwalifiki maħruġa miċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta (MQRIC) fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Impjiegi u l-Familja jew l-awtorità nominata, kif applikabbli, liema dikjarazzjoni għandha tiġi mehmuża mal- applikazzjoni u l-oriġinali ppreżentati fl-intervista. Il-kandidati li ma jkollhomx din id-dikjarazzjoni xorta jistgħu japplikaw, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni, maħruġa mill-awtorità rilevanti, lid-dipartiment li jirċievi hekk kif disponibbli u fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn xahar mill-għeluq tad-data tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.